top of page

Letteratura/Poeżijji

L-għasfura.

Ix-xemx telgħet, bħal ma niżlet,
Jiena dħalt bħal ma ħriġt,
Qalbi ttektek kienet u għadha,
Għalkemm l-għasfura taret mar-riħ!


C.G

Kristu.

Grazzi Kristu talli mitt għalija,
Missni nistħi u jissobijja,
Demmek int xerridt għalija,
U nqis ruhi mimli ħtija.

Għalkemm għamluli l-magħmudija,
dnubieti jibqaw imsemmija
,bħali hawn aktar min mijja,
U ħadd żgur ma jista jitkaża bijja.


C.G

Ideat tal-għeġubijiet.

It-tnemnin tad-dawl iteptep,
is-skiet li hawn tal-egħġubijiet,
qiegħed hawn jien bilqegħda
naħseb fuq xi affarijiet...


Taħsibx ħafna, ħafna, ħafna
ikun hawn min iwissik:
''il-ħsibijiet idajfuku, u  f'ħajtek faÄ‹li itelfuk''.


Iżda jiena soktu soktu
,hekk inwieġeb f'dan il-kaz;
ħsibijieti lili jtelfux
iżda jimlewni b'ideat,
ideat tal-għeġubijiet!



C.G

Mewta Drammatika.

Il-velenu hu u jċarċar mal-griżmejn qiegħed jisloħ kull ċellula ħajja li qiegħed isib, iwitti t-triq għal-mewta kiefra li l-protagonist għadu l-bogħod minnha. Qiegħed iħoss il-passaġġ tan-nifs jiżżarrat u jitmermer qisu bħal meta jkun misluħ. Minn dak il-passaġġ dejjaq, il-velenu jilħaqlu l-istonku... f'dak il-mument iħoss bħal blalen tilgħajn jagħlqulu l-istess passaġġ li ftit milli sekondi ilu kien qiegħed iħossu jinstelaħ. Min ħalqu joħroġ likwidu aħmar umduż u jinten, għajneħ jibdew idemmgħu u jinqalbu l-fuq. Il-protagonist, jew aħjar l-vittma itemm ħajtu bl-aħħar kelma "aħfirli" u jinstabat fl- art hekk kif rasu taħbat mal-madum u tinqasam... hemm jispiċċa marraq f' demmu stess.
 



C.G

Gemgem Gerit.

Hekk kif nieżla n-nieżla t-twila

Dik li hi imsejħa ta' kurun
Gerit tiżloq waħda tajba
u tiġbed waħda bid-dulur.

​

Tismahgħa Peppa u tagħajjat magħha
u tigħdilha ''int xi tkun?''

​

Gerit tqum bit-tlikki tlikki,
tibda tgemgem, tgemgem tgemem
''għaliex f'dan ir-raħal, m'hemmx rispett''
u bejn tgemgima u ohra tkompli tiekol il-karawett.

​

Tkompli mixja, dritta dritta
u f'daqqa waħda taqla daqqa ta'ballun
hemmek tħares ħarsa kerha
u tiftaħ ħalqa daqs ta' ljun
Mat-tifel għajtet waħda tajba
u dan pront qalilha ''int xi tkun?''

​

Gerit friska, friska tifqalu l-ballun
u fiss tkompli tgemgem, tgemgem tgemem
''għaliex f'dan ir-raħal, m'hemmx rispett''
u bejn tgemgima u ohra tkompli tiekol il-karawett.

​

X'ħin daret il-kantuniera
kellha tagħddi min taħt sellum
hemmek pronta ħarġet tigri dak l-imniegħel qrun


u min ġot-tieqa ħareg Wizu
u dan pront qalilha ''int xi tkun?''

Gerit hemm qabzitilha u qalbitlu s-sellum


u fiss tkompli tgemgem, tgemgem tgemem
''għaliex f'dan ir-raħal, m'hemmx rispett''
u bejn tgemgima u oħra tkompli tiekol il-karawett.



Fl-aħħar waslet id-dar tagħha
hemmek zgur se ssib il-wens
ħadd ma jħobba u jistmagħha
għax meta tgemgem wisq, titlef ir-rispett!



C.G

Demgħa nieżla fuq l-imħadda.

Hekk kif midd rasu fuq l-imħadda,

rad is-salib u qal talba,

demgħa bil-mod niżlet min fuq ħaddejħ,

lesta t-talba u niżżel idejħ.

 

dik id-demgħa niżlet ħelu ħelu,

min fuq ħaddejħ ghal fuq xuftejħ,

u min fuq xuftejħ.. għal fuq l-imħadda li kellu.

 

Il-lejl għadda, ikarkar, ikaxkar,

filgħodu qam, bl-imħadda imxarba,

dieqa, dwejjaq, skiet, u baħħ,

lejl ta' dwejjaq, lejl ma jiflaħx. 
 



C.G

bottom of page